Menu
Teleskopju 6 huwa ktieb ta’ taħriġ il-fehem ibbażat fuq is-sillabu l-ġdid u t-taħriġ kollu huwa abbinat mal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOs) tal-Malti għas-sitt sena tal-primarja. L-għan prinċipali ta’ dan il-ktieb huwa li jħarreġ lill-istudenti fil-komprensjoni permezz ta’ testi tal-qari ta’ ġeneri differenti kif ukoll testi tas-smigħ f’forma ta’ podcast jew filmat. Ħafna mit-testi huma magħżulin minn kotba u filmati addattati biex iħajru lit-tfal ikomplu jaqraw u jisimgħu.
Flimkien ma’ numru ta’ riżorsi u għodod oħrajn, jgħin lill-istudenti jissaħħu fil-ħiliet indirizzati fis-sillabu: qari, smigħ u taħdit. Teleskopju 6 jlaqqagħhom ukoll ma’ għadd ta’ ġeneri fittizji u mhux, karattri interessanti u temi attwali u kurrenti. Kull taqsima hija akkumpanjata minn filmati u podcasts apposta qabel u wara l-qari jew is-smigħ sabiex l-istudenti jiddiskutu ma’ sħabhom tal-klassi, f’pari jew fi gruppi, jippreżentaw xogħolhom u jaħsbu b’mod kritiku.
Dan il-ktieb maħdum skont is-sillabu l-ġdid tal-Malti, u t-taħriġ kollu fil-ħiliet huwa abbinat mal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOs).