Menu
Dan il-ktieb maħsub għall-istudenti li se jagħmlu l-eżami taċ-ĊES tal-Malti. Fih disa’ karti mudell għall-karta f’livell 1-2 u disa’ karti mudell għal dik f’livell 2-3. L-eżerċizzji f’dawn il-karti mudell ikopru t-taqsimiet kollha tal-karta tal-kitba, il-fehim mill-qari, il-metalingwa, is-semantika, it-test mhux imħejji u l-komponiment letterarju dwar l-antoloġija Hemm Art fil-Folja.
Dan il-ktieb huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu bl-għan li jipprepara lill-istudenti għall-karta tal-eżami taċ-ĊES imfassla fuq is-sillabu l-ġdid għall-eżami ta’ Mejju 2025. Ideali biex l-istudenti jagħmlu reviżjoni fil-klassi jew id-dar biex jippreparaw ruħhom bl-aħjar mod ħalli jiksbu l-aħjar riżultat fl-eżami taċ-ĊES tal-Malti.